Round-up7 November 2026

BOV 1st Division – Ħarsa lejn ir-Raba' Ġurnata

Doppjetta ta' Andrea Borg għenet lil Msida Saints jegħlbu lil Gżira Exalt 4-2, filwaqt li Paola Kordin irkupraw minn żewġ gowls minn taħt biex kisbu draw ta' 2-2 kontra Sliema Wolves f'partita li fiha ż-żewġ timijiet spiċċaw jilagħbu b'għaxar plejers.

BOV 1st Division – Ħarsa lejn ir-Raba' Ġurnata
GŻIRA EXALT 2-4 MSIDA SAINTS Msida Saints kisbu rebħa ta' 4-2 fuq Gżira Exalt fil-grawnd taż-Żebbuġ, b'Andrea Borg jiskorja darbtejn, filwaqt li Neil Pisani u Yassine Bouslimi wkoll sabu x-xibka għall-viżitaturi. Pisani fetaħ l-iskor fid-29 minuta, qabel ma Borg irdoppja l-vantaġġ ta' Msida tliet minuti wara. Borg żied it-tieni gowl personali tiegħu fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima biex l-Imsidjani daħlu jistrieħu b'vantaġġ komdu ta' 3-0. Nino Marlon Steven Quiroga naqqas id-distakk minn penalty żewġ minuti wara l-bidu tat-tieni taqsima, iżda Bouslimi reġa' ta vantaġġ ta' tliet gowls lil Msida fis-60 minuta. Illia Zhuchynin skorja t-tieni gowl ta' Gżira fil-ħin miżjud. Borg intgħażel bħala l-aqwa plejer tal-partita. PAOLA KORDIN 2-2 SLIEMA WOLVES Paola Kordin irkupraw minn żewġ gowls minn taħt biex kisbu draw drammatiku ta' 2-2 kontra Sliema Wolves fil-grawnd ta' Santa Venera, bil-gowl tad-draw jasal fil-ħin miżjud. Esteban De Vries poġġa lil Sliema fil-vantaġġ fis-sitt minuta wara assist ta' Shachi Kobayashi, li mbagħad irdoppja l-vantaġġ tal-Wolves fit-32 minuta wara pass ta' Zane Calleja. Matthew Camilleri naqqas id-distakk għal Paola fil-41 minuta wara assist ta' Stefan Farrugia, qabel ma l-Pawlisti ġabu d-draw fit-tieni minuta tal-ħin miżjud meta Calleja tefa' l-ballun fix-xibka tiegħu stess. Kobayashi intgħażel bħala l-aqwa plejer tal-partita. MRIEĦEL DEVON 0-2 MADLIENA MALETH ALBION Madliena Maleth Albion kisbu rebħa komda ta' 2-0 fuq Mrieħel Devon fil-grawnd taż-Żebbuġ, grazzi għal doppjetta ta' Abd Errazaq El Grini. L-attakkant fetaħ l-iskor wara biss żewġ minuti biex ta vantaġġ bikri lil Madliena, li rnexxielhom iżommuh sal-mistrieħ. El Grini mbagħad irdoppja l-vantaġġ ta' Madliena fis-66 minuta biex issiġilla t-tliet punti. Huwa ntgħażel bħala l-aqwa plejer tal-partita wara li skorja ż-żewġ gowls tat-tim tiegħu. MOSTA LEGION 1-0 SGB SALESJANI Mosta Legion kisbu rebħa minima ta' 1-0 fuq SGB Salesjani fil-grawnd taż-Żebbuġ, b'Dusan Petrovic jiskorja l-uniku gowl tal-konfront. Petrovic sab ix-xibka fil-15-il minuta biex poġġa lil Mosta fil-vantaġġ, li rnexxielhom iżommu għall-kumplament tal-partita. Mosta daħlu jistrieħu 1-0 minn fuq u żammew sod ukoll fit-tieni taqsima biex kisbu t-tliet punti. Petrovic intgħażel bħala l-aqwa plejer tal-partita. KLASSIFIKA (wara MD4) Madliena 12; Msida 10; Sliema Wolves 7; Paola Kordin, Gżira Exalt 6; Mosta Legion 4; Mrieħel Devon, SGB 0.